Din ir-rivista deheret f'Zminijietna Lulju-Settembru 2014
“Il-ħidma tiegħi
fil-Brażil waslitni biex nifhem aktar is-soċjetà mill-qrib”, hekk qal Fra Gwann
waqt intervista mal-Editur tal-gazzetta Żminijietna.
Fra Gwann huwa
mwieled il-Belt u trabba tas-Sliema. Studja ġewwa l-iskola f’tas-Sliema ta’ St
Joseph u wara mort il-Liċeo u wara dħalt Dumnikan. Bdejt l-esperjenza tiegħi
fil-Brażil fl-1974. Għext l-ewwel 3 snin fiż-żona rurali fejn kien hemm eżodu
rurali tal-biża minħabba l-bdil ekonomiku taħt id-dittatura faxxista (ta’
Ġeneral Gayzer)li ma kienetx għada fl-eqqel tagħha. Wara nbagħat nistudja Rio
De Janiero fejn hemm bdiet tinbet it-Teoloġija ta’ Liberalizazzjoni. Min hemm
beda tqarrib tiegħi lejn ix-xellug permezz stess ta’ dawn il-movimenti fi ħdan
il-knisja u l-movimenti soċjali. Il-partit xellugi kien għadu projbit, imma
kien hemm il-ħolqien ta’ movimenti xellugin fosthom l-hekk imsejjaħ moviment mingħajr art li kien qiegħed
f’taqbida kontinwa mal-Gvern biex itejjbu l-qagħda tagħhom. Tista’ tgħid li
jien minn hemm bdejt. Il-knisja kellha ħidma pastorali li bdiet b’dik li
ngħidulha aħna tal-karita, li nibtet minn l-Isqof Camara li kien sejħilha
il-kruċjata ta’ San Bastjan, fejn il-Papa tlieta u għoxrin b’mod ironiku qallu
li “tidher li ma għandekx esperjenza fil-middle east għax kieku il-kelma
kruċjata ma tużahiex”.
Fra Gawnn kompla
jgħid li din imbagħad għaddiet minn aspett ta’ assistenza u karità għal aspett
ta’ organizazzjoni u rinvindikazzjoni mill-Istat. Għalhekk ngħaddu minn kunċett
bħala il-fqir minn kunċett ta’ ħniena u tal-għajnuna għal fqir bħala suġġett
għall-ħelsien tiegħu ma’ l-oħrajn billi jorganizza ruħu; jesiġi li jsir
ċittadin u jesiġi li jkollu drittijiet tiegħu mill-Istat. Sa hawn hemm ma
għandna l-ebda kunċett ta’ revoluzzjoni. S’intendi l-awtoritajiet kellhom
l-ideja ta’ soċjetà ta’ klassi, ta’ esplojtazzjoni. In-nies din kienu għadhom
ma fehmuwiex u għalhekk kien hemm ħafna xogħol biex teduka n-nies. Essaġġ kienu
l-mexxejja tal-komunità li dawruni favur il-kawża tal-fqir għax jien kont biss
nqaddes bħal kull qassis ieħor fid-dinja, fosthom il-mexxej tal-foqra Akinando
Bizerra magħruf bħala l-Bola (ballun) li llum mejjet bejn 1974-1978. Hu kien għallimni ħafna dwar in-nies foqra
fil-Brażil. Imbagħad wara mort naħdem ġewwa l-belt kapitali San Paolo. Hemmhekk
flimkien ma’ oħrajn bdejna ngħinu lill-moviment tal-“Bdiewa Bla Art”, imma ma konniex nagħmlu parti minnu bħala
qassisin. Imbagħad dħalt fil-kwistjonijiet ta’ drittijiet umani fi djoċesi li
kienet ħafna mportanti fejn kellek nies jisparixxu “desparicitus” . San Paolo kienet iċ-ċentru ta’ dawk in-nies li
kienu jisparixxu fl-Arġentina u l-Urugwaj bis-saħħa ta’ Kardinal. Dħalna naħdmu
wkoll fil-Brażil stess fil-ħidma ta’ anti-apartheid fl-Afrika t’isfel. Illum
qed nkompli l-ħidma tiegħi pastorali fil-Brażil.
L-Awtoritajiet tal-Knisja x’kienet l-attitudni
tagħhom fi żmien id-Dittatura?
Dak iż-żmien kien
perjodu ta’ taqlib fil-pajjiż, imma jien ma kelliex tensjoni mill-awtoritajiet
tal-knisja, anzi nista ngħid li kien ta’ appoġġ. Kien hemm isqfijiet li kellhom
sehem importanti fis-soċjetà bis-saħħa ta’ ħidmiet pastorali bl-appoġġ dirett
ta’ konferenzi pastorali. Fi snin 90 kienet tpoġġiet bomba ma wieħed
mill-mexxejja tal-komunità gays u fejn jien ġejt mitlub mill-awtoritajiet
tal-knisja stess biex immur nuri solidarjetà ma din il-persuna. Iktar riċenti,
qabel il-ħatra ta’ Papa Franġisku kelli kwistjonijiet ma’ l-awtoritajiet
tal-knisja peress li għandi storja li nħaddan it-Teoloġija tal-Liberalizazzjoni
u għalhekk ġejt imċaħħad minn ċertu pożizzjonijiet fi ħdan il-knisja. Illum din
żgur li nbidlet bil-ħatra ta’ dan il-Papa.
Jassoċċjaw ħafna fl-Amerika Latina it-Teloġija
tal-Liberalizazzjoni mal-Moviment Komunista, huwa ġustifikat dan?
Ma tistax tassoċċjah hekk qisek għandek xi “kawża u effett”. Wieħed jistaqsi imma
hemm relazzjoni jew le? Jien ngħid li mhux ġustifikat li jgħinad hekk, la fuq
naħa u lanqas l-oħra. Li ġara filfatt fi ħdan il-knisja huwa li qabel il-ħatra
ta’ Papa Ġanni tlieta u għoxrin id-dinja nqagħlet mill-ideja ta’ destin; li
l-faqar mhux destin li Alla għamlu imma għażla tal-ekonomija, iġifieri maħluq
mill-bniedem. Iġifieri li tippriedka l-paċenzja ma baqax ġustifikat la
m’għamiliex Alla. La m’għamiliex Alla, allura l-paċenzja ma ssegwix aktar.
Tajjeb li ngħidu li l-aqwa ħassieba ta’ Teoloġija tal-Liberalizazzjoni studjaw
hawn fil-pajjiżi tal-punent. It-teoloġija tar-revoluzzjoni twieldet hawn u mhux
fl-Amerika Latina. Beda jinbet moviment kbir fi ħdan il-knisja sabiex jiġi
eredikat il-faqar. Imma bdew jindunaw li żvilupp waħda mhux biżżejjed, imma
jrid jkun hemm bdil radikali fis-sistema ekonomika. Il-faqar huwa xi ħaġa
radikali, allura jeħtieġ tibdil radikali. Allura meta tibda tistudja dan minn
se jgħinek biex tifimha din il-filosofija ta’ Aristotle, Plato? Għalhekk minn
hemm bdiet tiġi studjata ix-xjenza soċjali biex tifhem aktar il-faqar, u allura
kif tista ma tistudjax il-Marx, jekk trid tifhem il-kapital!!
Fra Gwann fisser
li mhux għax studjajt il-Marx bdejt inħaddan it-Teoloġija tal-Liberalizazzjoni,
imma għax ma qbajtx nemmen f’ħaġa u kelli bżonn biċċa għodda differenti. Dak li
ġara mill-aspett teoriku. La m’għadniex nemmnu fil-paċenzja, allura jekk taqra’
l-vanġelu se ttih dimensjoni differenti. Ma tistax tibqa’ tgħid l-istess ħaġa
lin-nies eż il-ħelsien tal-poplu Lhudi; il-fejqan ta’ Ġesu; li Ġesu jgħid in-nies
imxu, dawk jieħdu dawl ieħor.
Ħafna iktar
importanti hu li fi żmien id-dittatura bdiet issir ħafna persekuzzjoni u xi
nies ġew ittorturati u ntbgħatu l-ħabs. Minn kienu dawn in-nies? Il-Gvern kien
jgħid li dawn kollha komunisti u xellugin. Meta fi-realtà dawn kienu attivisti
mill-partit komunista, oħrajn xellugin u minn ħdan il-knisja, imma dawn
intefgħu kollha fl-istess ħabs. Ġew ittorturati bl-istess mod u għall-istess
raġuni ta’ bidla favur il-fqir. Fra Gwann qal li issa għidli inti li tkun
fl-istess ħabs, ġejt ittorturat bl-istess mod u stuprat jekk mara bl-istess
mod, allura dawn bdew jgħidu; imma d-differenza bejnietna x’inhi meta aħna
nemmnu fl-istess affarijiet. L-istess meta
qalu l-Papa Franġisk li kien iżgħar fl-età li hu komunist, hu qallhom li
“komunist qatt ma kont, imma ħbieb komunisti għandi ħafna”. L-istess loġika qed
tiġi applikata jekk int tieħu pożizzjoni kontra l-gwerra fil-Libja u
fl-Ukraina, jgħidulek li int tappoġġja l-Gaddafi jew f’dal każ riċenti
lill-Putin.
S’intendi, kompla
jelabora Fra Gwann li l-Gvern fil-Brażil għamel kampanji kbar biex lil dawn
jagħmilhom bħala dimonji, inkella kif se jirreżistihom, barra l-qtil brutali,
kien hemm il-qtil li aħna ngħidulu tal-karattru. Kif qal l-ħassieb Amerikan
Chomsky “id-demonizzazzjoni hija l-ikbar
għadu”.
Huwa ġust li jingħad li Papa Gwanni Pawlu tieni ma
għinx f’dak li kien għaddej fil-Brażil?
Daż żgur li ma
għinx, huwa argumnent ġust ħafna. Gwanni Pawlu 2 kien anti-komunist. L-esperjenza tiegħu kienet fil-Polonja, kontra
l-komuniżmu fil-Polonja, forsi kellu raġun u mbagħad taqa’ fl-ereżija ta’
l-għadu tal-għadu tiegħi huwa l-ħabib tiegħi. Din il-loġika żgur li mhiex
dejjem treġi. Iżgur li hekk għamel, huwa fatt. Ara Papa Ganni tlieta u għoxrin
kien bil-maqlub ma kienx jibża mill-komunisti. Minħabba li hu kellu esperjenza qabel
ma laħaq Papa ta’ ħidma ma’ Isqof fl-Italja li kien meqjuż bħala xellugi għax
kien jaħdem favur il-ħaddiema. Allura dan meta tneħħa minn Isqof u ġie mibgħut
il-Bulgarija dana għamel ħafna ħbieb Komunisti li kellhom familja fejn anke
bis-saħħa ta’ hekk iltaqa’ ma Krushchev. Hu ma kienx jibża mil-Komunisti, imma
ma jfissirx li kien iħaddan l-istess ideoloġija.
X’bidliet rajt fil-Brażil minn meta kont hemm int
u llum, f’perjodu fejn anke ġie elett il-partit xellugi ta’ Lula u li llum
għadu jiggverna taħt il-Presidenza ta’ Dilma. Essaġġ l-ħolma ta’ Paolo Freire
ta’ emanċipazzjoni tal-poplu seħħet?
Fi żmien
id-dittatura nibtu ħafna movimenti fosthom ‘bdiewa bla art’, ta’ ‘dawk bla dar’,
femministi, dawk li jiġbru l-karti, dawk
indiġeni u dawk li jgħixu maġenb dams. Nibtu ħafna movimenti li kienu
dawn li ġabu il-bidliet flimkien ma’ dawk tal-ħaddiema li reġaw organizzaw
ruħhom fi trejdjunjins (li kienu projbiti taħt id-dittatura) u l-moviment
tal-istudenti (li kienu mħotta mil-gvern dittatorjali). Id-dittatura damet
aktar minn għoxrin sena. Dawn ġabu il-bidliet għad-demokrazija fi 60s bl-għajta
ta’ riformi strutturali ta’ saħħa b’xejn; edukazzjoni universali; riformi
agrarji, li għadhom l-għajta ta’ toroq sa llum ta’ saħħa u edukazzjoni diċenti
għall-kullħadd u li l-art tkun maqsuma aħjar mhux f’idejn ftit agro-business.
Fra Gwann saqsa, x’ġara
imma? Dana żgur li ma kienx avviniment
tal-Brażil waħdu imma ġrat f’ħafna pajjiżi oħra fl-Amerika Latina. Illum meta
ngħidu gvernijiet tax-xellug; gvernijiet aktar popolari, gvernijiet li għandhom
ftit kuxjenza lejn il-fqir, filfatt huma kollha kapitalisti bl-eċċezzjoni
tal-Gvern ta’ Chavez u l-Ekwador ta’ Correa. Mujica ta’ Urugwaj huwa hu
Soċjalista u martu li hi senatura, imma l-Gvern essaġġ m’huwiex. Mexa fl-istess
triq ta’ Franġisku ta’ Assisi. Hu jgħix ta’ soċjalist, bdiha hu billi naqqas
il-paga iegħu u tagħha lill-foqra, ma jgħix fil-palazz u jgħix ħajja sempliċi.
Tajjeb ngħidu li
l-movimenti armati fi snin 60 inħlew, intfilhom il-gass, li jfisser li din
it-triq ma twassal imkien, filwaqt li l-ħajt ta’ Berlin waqa’ għax tmermer minn
ġewwa. Allura hawn dawn il-movimenti sabu ruħhom f’dinja unipolari fejn rebaħ
il-kapitaliżmu minn naħa għal oħra. Dawn il-movimenti ma kellhomx aktar ma minn
jinnegozzjaw, anke fuq livell ta’ pajjiż jekk kellhom jieħdu l-poter. Dana ma
jistax isir jekk għandek sistema waħda ekonomika.
Il-gvernijiet
xellugin li telgħu llum qed jaħdmu f’sistema kapitalista li għandha l-ambigwità
tagħha fejn dawn żammew is-sistema kapitalista, ħadnu teorija ta’ żvilupp li hi
fuq linja kapitalista, imma peress li għandhom ħafna aktar ruħ soċjali, allura
għamlu ħafna riformi soċjali. Fil-Brażil saru riformi soċjali kbar
bħall-introduzzjoni tal- ‘borsa’ (sistema ta’ minimum wage) għal min hu bla
xogħol; sabiex tfal imorru l-iskola minflok jaħdmu; anke biex tmur l-universita
u tixtri l-kotba. Imbagħad daħlu l-kwotas sabiex aktar nies miż-żona l-fqira,
indiġena, suwed u nisa jidħu fl-universita statali. (li jfisser li jrid jkun
hemm rappreżentanza ta’ kull minoranza fl-universita). Dawn taħt il-gvern ta’
Lula splodew, għamilhom politika ċentrali. Naqqas it-taxxi fuq white goods, if-faċilita is-self
mill-banek, imma dana kollu għamlu bla ma miss is-sinjur. Daħħal il-pensjoni.
Ħafna nies tista’ tgħid li nqalgħu mill-faqar. L-ekonomija tal-irħula tjiebet u
għalhekk jitla’. Filfatt jakkużawh li dawn ir-riformi huma popolisti.
X’inhuma nuqqasijiet llum u għala qed isiru l-irvellijiet
fil-Brażil wara l-għajta ta’ transport pubbliku b’xejn?
Il-Partit
fil-gvern xellugi kellu fil-manifest oriġinali tiegħu li transport pubbliku
jkun b’xejn, bi teorija tkun li din ekonomikament u kapitalistikament hija
vijabbli u tajba għax; in-nies ittihom il-ħelsien; iċċaqlaq l-ekonomija;
tnaqqas it-tniġġiż u l-ħela taż-żejt li hu għoli immens; ekoloġikament aħjar;
tirrispetta d-dritt kostituzzjonali li nies għandhom id-dritt li jmorru u jiġu għax
jekk it-trasport ikun għoli dan ma jistax iseħħ. Fra Gwann kompla jgħid li l-ewwel
gvern lokali xellugi ġewwa San Paolo ippruvat iddaħħalha imma ma kelliex
maġġoranza fil-parlament lokali u kien hemm wkoll ‘lobby’ b’saħħtu tas-sidien
ta’ transport li ma riedux it-telf. Dawn kienu jipprotestaw kull sena u issa li
l-Ewropa ndunaw. Hemm xi bliet fil-Brażil li transport huwa b’xejn.
It-tgergir li
hemm huwa wkoll minħabba l-korruzzjoni, korruzzjoni li tinsab kull naħa ta’
l-ispetru politiku għax hemm stati immexxijin minn gvernaturi lokali minn kull
naħa. Wieħed jistaqsi għala ma tistax togħla l-paga minima u mbagħad hemm din
il-korruzzjoni kollha. Hemm wkoll il-problema li fil-koalizzjoni fil-gvern hemm
ħafna partiti li kollha jridu pożizzjoni ta’ ministeru u karigi li twassal għal
aktar korruzzjoni. Għad hemm l-użu ħażin tas-saħħa, li tajjeb ngħidu li dan
il-gvern tejjieba ħafna. Għalhekk, kompla jgħid Fra Ġwann li l-President Dilma
jaf terġa tiġi eletta. Ġabu tobba fil-pajjiż kollu bil-maġġoranza tagħhom jkunu
Kubani, u oħrajn mill-pajjiżi tal-Ewropa li huma mifnija bil-qgħad fosthom
Spanja u Portugall. Immaġina inti meta persuna qatt ma rat tabib u issa għanda.
Għad hemm il-problema ta’ nuqqas ta’ housing.
Dan il-gvern għamel wkoll inqas tqassim ta’ l-art minn dak taħt Lula. Fuq din
iktar jidher li l-Gvern ta’ Dilma favur aktar l-agro business. Waqt li l-President Lula (li mexxa il-gvern għal 10
snin) li ġej mis-settur sindakali kien aktar moħħu biex jinnegozzja, Dilma li
hi aktar teorika, m’għandiex daqshekk kuntatt mal-moviment soċjali; ma
titkellimx; mhiex simpatika; mhiex kapaċi tinnegozzja sew u għalhekk dan
in-nuqqas tefgħaha lura.
Fra Gwann semma
wkoll il-problemi marbuta mat-tazza tad-dinja fejn qal li mhux kulħadd fil-partit
fil-gvern kien favur tagħha. Lula kien favur bl-għajta ta’ “Ħobb il-futbol”,
imma tajjeb ngħidu li mhux hu kien il-persuna li ffirma l-kuntratt. It-tazza
ta’ dinja ġabet magħha serq kbir mill-kuntratturi fil-bini tal-grawnds li anke
uħud ma lestewx fil-ħin; il-problema ta’ skjavitu ta’ ħaddiema biex inbnew
il-grawnds li dawn ġabu rewwixti kbar fil-pajjiż u li ħadd mill-midja ma
tkellem fuqhom; il-gvern għandu kriżi finanzjarja li waslet biex numru ta’
nvestimenti soċjali ma twettqux; l-arroganza tal-FIFA fejn liġijiet ta’ protezzjoni soċjali biex
in-nies jmorru l-grawnd (sussidju) tneħħew kompletament u daħħal l-konsum ta’
alkoħol fl-istadji meta dan mhux permessibli taħt il-liġi Brażiljana u din
in-nies urtathom. Il-protesti ħafna minnhom saru kontra l-FIFA għax il-FIFA
ukoll mimlija korruzzjoni.
Il-ħassieb xellugi u teologu Brażiljan Paolo
Freire kien qal li “l-edukazzjoni għandha tħalli l-oppressat jerġa jakkwista
s-sens ta’ umanità, li din iġġagħalu itejjeb il-kundizzjonijiet tiegħu, imma
biex iseħħ dan l-individwu oppressat għandu jilgħab rwol ċentrali biex
titwettaq din il-liberalizazzjoni”. Fil-kuntest ta’ llum meta l-gvern hu
suppost xellugi għadu jagħmel sens dan il-kliem?
Daż-żgur li iva!
L-inklużjoni fil-pajjiż saret permezz tal-konsum u l-konsum fih innifsu hu
aljenazzjoni. Il-persuna għandha bżonn issir ċittadina mhux konsumista. Allura l-militanza,
l-utopija fil-pajjiż marru l-baħar. Illum dawn spiċċaw. Il-partiti ta’ ċentru
xellug qatlu l-militanza. In-nies li nqalaw mil-faqar wkoll m’għadhomx
militanti. Nies li qed jgħixu f’riskju ta’ faqar minħabba djun wkoll tbiegħdu
mill-militanza.
Il-konsum,
ibbażat fuq il-marka żgur li qed jiġġenera l-vjolenza fost in-nies, fejn nies
miż-żoni l-foqra qed iwettqu l-vjolenza fuq nies oħra u anke qtil biex jiksbu
dak il-prodott tal-marka, fosthom żraben etċ, meta int suppost li għandek bżonn
huwa żarbun. Imma dawn il-problemi huma prodott tal-kapitaliżmu selvaġġ.
Ħafna pajjiżi fl-Amerika Latina jidher li
aborixxew il-politika neoliberali, x’taħseb fuq din? u taħseb li dan il-fatt se
jwassal għall-ħolqien ta’ ekonomija oħra li hi soċjalment u ekoloġikament aktar
ġusta, meta għandek il-moviment żapatista li qed jaħdem favur id-drittijiet
tal-poplu indiġenu, il-politika tal-ġustizzja soċjali Bolivarjana tal-Ex
President llum mejjet Hugo Chavez, il-politika ta’ Morales li hi bbażata fuq
manifest li jipproteġi d-dinja mill-kapitaliżmu selvaġġ bl-isem ta’ “Mother
Earth” u Kuba li għadha mixja fi triq tar-revoluzzjoni għal soċjetà ġusta?
Jien naħseb li
dawn lkoll għandhom xewqa li jkollhom sistema alternattiva. Żgur li kien hemm
ċaqliq importanti għal din is-sistema ekonomika bis-saħħa ta’ ċertu mexxejja
fosthom Chavez li ġab bidliet strutturali kbar; fejn inħoloq bank għall-Amerika
latina, stazzjon televiżiv (Telesur). Pero ma naħsibx li jaraw kundizzjoni li
joħolqu sistema ekonomika alternattiva, toħloq xi ftit ta’ l-ispazji, mhumiex
tant daqshekk dipendenti fuq il-Fond Monetarju u l-Bank Dinji, daqs kemm kienu.
Grazzi għall-għaqda bejn il-pajjiżi tal-Amerika Latina din wasslet biex
l-indħil ta’ l-Istati Uniti fl-Amerika Latina naqas. Illum l-Istati Uniti
tindaħal aktar f’reġjuni oħra tad-dinja. Li hu żgur xorta is-sistema ta’
l-Amerika Latina hi bbażata fuq ‘economic
growth’ , bl-eċċezzjoni ta’ Morales u l-moviment żapatista li hi aktar
ekoloġika.
Fra Gwann kompla
isawwar id-diskors tiegħu bil-kliem li l-kunċett ta’ development fid-dinja huwa
bażwi, u kif qal Marx “żvilupp għal min?”. Kullħadd jgħid li l-ekonomija sejra
l-quddiem, imma wieħed jistaqsi għal min?. Ħafna sinjuri f’pajjiżi li
intlaqtu mill-kriżi ekonomika saru aktar sinjuri filwaqt li nies komuni
tbaxxilhom il-livell tal-għajxien u ħafna oħrajn ftaqru, eż Greċja, Spanja,
l-Inghilterra. Marx huwa ġust meta jgħid
li din hi soċjetà ta’ klassi. Żgur li se nħallsu prezz għoli l-quddiem
għall-problema ekoloġika.
Fra Gwann li llum
qed jagħmel xogħol fil-provinja temm l-intervista billi qal li nistgħu
niġġieldu n-neoliberaliżmu f’sistema kapitalista u anke f’sistema mhux
kapitalista. Hugo Chavez kien jgħid li
l-problema tal-klima ma tissolviex għax ma hux bank, ara kieku kien bank kienu
isolvuha mill-ewwel.
Subscribe to Zminijietna review: Send €5 cheque addressed to 'Zminijietna' and your
details to Zminijietna P.O Box 35 Sliema. SLM1000 or by online banking -
bank transfer to BOV 40013290155